Czas: 03:56

Odsłony: 4 911

5 1

Dodany: 2014-12-07 15:27:30

Autor: Michael Vanpisc

Kategoria: Muzyka

GEJ IL-MILIEDChristmas (Holiday)Xmassongcarol

ĠEJ IL MILIED



Kanzunetta tal-Milied bil-Malti.
Kliem u mużika ta' Michael Piscopo.
Arranġament Mużikali ta' Phyllisienne Brincat.
Kantata mil-Kor ta' Phyllisienne Brincat.
Irrekordjata ġewwa Sweet Notes Studio - Qawra, Malta.
Copyright 2014 - Kull jedd miżmum.

Kliem tal-kanzunetta: http://goo.gl/tmygSX

Għal aktar tagħrif, ikteb lil: [email protected]
~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~~
A Christmas Song in Maltese
Words and music by Michael Piscopo.
Musical arrangement by Phyllisienne Brincat.
Sung by Phyllisienne Brincat' Choir.
Recorded at Sweet Notes Studio - Qawra, Malta.
Copyright 2014 - All rights reserved.

Song Lyrics: http://goo.gl/tmygSX

For information email: [email protected]

[email protected][email protected]---


ĠEJ IL-MILIED
Kliem u Mużika ta’ Michael Piscopo

Ġej il-Milied
Hemm stilla kbira kollha dija
Fis-smewwiet
Tfakkar fil-miġja tal-Messija
Mhux ta’ b’xejn illi nħossuna ferħanin
Għaliex f’dan il-jum kien twieled il-Bambin.

Ġej il-Milied
Is-siġra mżejna b’mod speċjali
U diġà bdiet
Titħejja l-lista tar-rigali
Min kien veru bravu forsi jaqla’ tnejn
U min kien imqareb forsi jibqa’ b’xejn.

Min jaf x’se nsib la nqum
Forsi tigra jew iljun
Forsi logħba tal-kompjuter jew ballun
Ma jimporta xejn
Għaliex naf li fejn
Hemm l-imħabba xorta hieni ser inkun.

Ġej il-Milied
U l-atmosfera ssir sabiħa
Korijiet
Tisma’ jkantaw għanjiet ferrieħa
Min ikanta Silent Night u min Noel
U min jippreferi jkanta Jingle Bell.

Ġej il-Milied
Bid-dwal iteptpu u bil-fjuri
D-dar imtliet
Anke presepju bil-pasturi
Baqra u ħmara, il-Madonna u San Ġużepp
Waqt li fuq ir-radju d-diska taqleb rap…


(Rap) Ġej il-Milied. Ġej il-Milied. Ninsew il-piki, ninsew il-ġlied. Ħa nagħtu l-id tal-paċi ’l xulxin. Għax hekk jixtieqna Ġesù Bambin. Abjad jew iswed, aħmar jew blu. M’hemmx differenza lkoll aħwa f’dal-jum.

Min jaf x’se nsib la nqum
Forsi tigra jew iljun
Forsi logħba tal-kompjuter jew ballun
Ma jimporta xejn
Għaliex naf li fejn
Hemm l-imħabba xorta hieni ser inkun.

Ġej il-Milied
U fuq is-slitta Santa Klaws
Idur l-ibliet
Ma’ Peter Pan u Mickey Mouse
Ifakkruna illi m’hemmx isbaħ rigal
Milli tara l-ferħ ġenwin fuq wiċċ it-tfal.

Ġej… il-… Mi… lied - Ġej il-Milied
U fuq is-slitta Santa Klaws
Idur l-ibliet - Idur l-Ibliet
Ma’ Peter Pan u Mickey Mouse
Ifakkruna illi m’hemmx isbaħ rigal
Milli tara l-ferħ ġenwin fuq wiċċ it-tfal - Fuq wiċċ it-tfal
Milli tara l-ferħ ġenwin fuq wiċċ it-tfal - Fuq wiċċ it-tfal
Milli tara l-ferħ ġenwin… fuq wiċċ it-tfal.

Merry Christmas!!